Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

Triq Clarence, Tal-Pietà;

Triq Clarence, L-Imsida;

Sqaq Clarence, L-Imsida;

Triq Lino Spiteri, Ħal Qormi u

Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Marzu, 2018, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mis-6 ta’ Marzu, 2018.

 

7 ta’ Marzu, 2018