Dokumenti tal-vot ta' residenti f'San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 25 TA’ MEJJU, 2019
Dokumenti tal-vot ta’ residenti f’San Vinċenz de Paul
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-familjari jew persuni li rċevew id-dokument/i għall-votazzjoni għan-nom ta’ xi qraba jew persuni oħra li bħalissa huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule, illi dawn għandhom jassiguraw li dawn id-dokument/i għall-votazzjoni jingħataw lil dawn ir-residenti sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, it-13 ta’ Mejju, 2019. Dan hu meħtieġ sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel il-preparamenti u verifiki sabiex tassigura li dawn ir-residenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot kif titlob il-liġi.
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li persuni mhux reġistrati bħala eletturi fir-Residenza San Vinċenz de Paule iżda preżentament residenti fl-imsemmi post ikunu jridu jivvutaw is-Sibt, it-18 ta’ Mejju, 2019, f’din ir-residenza.
6 ta’ Mejju, 2019