Pubblikazzjoni ta' avviż fil-Gazetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

 

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’ Triq Ta’ Fġieni, Ħ’Attard, li l-bibien f’din it-triq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta’ Marzu, 2017, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-3 ta’ Marzu, 2017.

 

 

 

6 ta’ Marzu, 2017