Espressjoni ta' Interess - Kiri ta' Binja
Avviż għall-Istampa
Espressjoni ta’ Interess – Kiri ta’ Binja
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf li ħarġet Espressjoni ta’ Interess (EOI) biex tikri bini ta’ mhux inqas minn 600 metru kwadru li jkun adegwat għaliha u għall-Uffiċċju Elettorali fuq medda ta’ mill-inqas 10 snin. Din l-EOI tista’ titniżżel mis-sezzjoni tal-Pubblikazzjonijiet fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt).
Jistgħu jsiru talbiet bil-miktub għall-kjarifikazzjoni fuq is-suġġett lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali fuq [email protected]. L-informazzjoni mitluba fl-EOI trid tasal għand il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali f’envelop issiġillat fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta VLT 2000, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tnejn, 26 ta’ Ottubru, 2015.
www.electoral.gov.mt
5 ta’ Ottubru, 2015