Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' San Ġwann - it-tieni ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann wara l-mewt tal-Kunsillier David Dalli (2019, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann.
www.electoral.gov.mt
5 ta’ Diċembru, 2023