Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tar-Rabat (M) - Nom. it-tieni ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tar-Rabat (M) wara r-riżenja tal-Kunsillier Karl Muscat (2019, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tar-Rabat, Malta.
www.electoral.gov.mt
5 ta’ Novembru, 2020