Uffiċċju Elettorali Għawdex

Tags: Electoral Office

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Rilokazzjoni tal-Uffiċċju Elettorali f’Għawdex

 

L-Uffiċċju Elettorali f’Għawdex javża li minn nhar it-Tlieta, 10 ta’ Settembru, 2024, se jibda jopera mill-Uffiċċju l-ġdid li jinsab fi Triq Ta’ Wara s-Sur, Ir-Rabat, Għawdex.

Ħininjiet tal-ftuħ huma:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:

Mit-8.00 ta’ filgħodu sat-3.00 ta’ wara nofsinhar

 

Il-Pubbliku huwa mgħarraf ukoll li s-servizz tal-ħruġ tal-Karta tal-Identità se jibqa’ jingħata mill-Uffiċċju ta’ Identità, fi Pjazza San Franġisk, Ir-Rabat, Għawdex.

5 ta’ Settembru, 2024