Elezzjoni Ġenerali 2026 - PL ġranet tan-nominazzjonijiet

Tags: General Election 2026

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET KAŻWALI GĦALL-MEMBRU TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI

FIT-2, 7, 9, 11, 8, 9, 12 U FIT-3 DISTRETT ELETTORALI

 

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tieni, fis-Sebà, fid-Disà, fil-Ħdax, fit-Tmien, fid-Disà, fit-Tnax u fit-Tielet distrett elettorali ċeduti rispettivament minn Dott. Robert Abela, Dott. Ian Borg, Dott Michael Falzon, Dott Miriam Dalli, is-Sur Clyde Caruana, Dott Clifton Grima, Dott Jonathan Attard u is-Sur Chris Fearne.  Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.  Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtlew dawn il-postijiet ta’ Membru tal-Kamra tad-Deputati.

 

Dawk il-kandidati li kkontestaw l-imsemmija distretti elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tat-30 ta’ Mejju, 2026, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mis-Sibt 6 sal-Erbgħa 10 ta’ Ġunju, 2026, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Ex-Trade Fair Grounds, In-Naxxar, bejn id-9.00 am u n-12.00 pm. Applikazzjonijiet onlajn isiru permezz tal-websajt www.electoral.gov.mt mid-9.00 am tas-Sibt 6 sa 12:00 pm tal-Erbgħa 10 ta’ Ġunju, 2026.

 

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.  Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti ta’ dawn l-elezzjonijiet każwali se jsir nhar il-Ġimgħa, t-12 ta’ Ġunju, 2026, mid-9.00 am ‘l quddiem.

 

 

5 ta’ Ġunju, 2026