Elezzjoni kazwali ghall-membru Parlamentari fit-tmien Distrett Elettorali

Tags: General Election 2017, General Election Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI FIT-TMIEN DISTRETT ELETTORALI

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tmien Distrett Elettorali wara r-riżenja tal-Onor. Christian Cardona. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal- Gvern tal-lum. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċievi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ Membru Parlamentari fit-Tmien Distrett Elettorali.

Dawk il-kandidati li kkontestaw it-Tmien Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mill-Erbgħa 6 sas-Sibt 9 ta’ Mejju, u t-Tnejn 11 ta’ Mejju 2020, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u nofsinhar.

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti se jsir nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Mejju, 2020, mid-9am ‘l quddiem.

www.electoral.gov.mt

 

5 ta’ Mejju, 2020