Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija wara r-riżenja tal-Kunsillier Marc Sant (2013, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija.
www.electoral.gov.mt
5 ta’ April, 2017