Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

 

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

 

Triq l-Isqof Scicluna u Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi; u

Triq il-Blue Sisters, Triq Edward De Bono, Triq Sir Joseph Carbone u

Triq is-Sorijiet, San Ġiljan; u

Triq id-Dejqa u Trejqa l-Kavallerizza, Is-Siġġiewi.

 

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-2 ta’ Frar, 2024, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-2 ta’ Frar, 2024.

 

5 ta’ Frar, 2024