Elezzjoni każwali għall-membru parlamentari fis-seba' distrett elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI
FIS-SEBA’ DISTRETT ELETTORALI
Elezzjoni Każwali fis-Seba’ Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara r-riżenja tal-Onor. Edward Scicluna.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġiet ippreżentata nomina waħda għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
Nomina ppreżentata ‘llum it-Tlieta 5 ta’ Jannar, 2021:
Azzopardi Charles
L-għadd tal-voti ta' din l-elezzjoni se jsir il-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar, nhar it-Tlieta it-12 ta' Jannar, 2021, mit-08.30am 'l quddiem.
5 ta’ Jannar, 2021