Elezzjoni każwali għall-membru parlamentari fis-seba' distrett elettorali

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

 

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI

FIS-SEBA’ DISTRETT ELETTORALI

 

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fis-Seba’ Distrett Elettorali wara r-riżenja tal-Onor. Edward Scicluna. Dan l-Avviż (Writ) ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-bieraħ.  Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ Membru Parlamentari fis-Seba’ Distrett Elettorali.

 

Dawk il-kandidati li kkontestaw is-Seba’ Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mil-lum it-Tlieta 5 sas-Sibt 9 ta’ Jannar, 2021, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar.

 

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.  Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti se jsir fis-Sala tal-Għadd tal-Voti, n-Naxxar, nhar it-Tlieta, t-12 ta’ Jannar, 2021, mit-08.30 a.m. ’il quddiem.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

 

 

 

 

5 ta’ Jannar, 2021