Ħatra ta' Kummissjoni Elettorali ġdida

Tags: Electoral Office, News, Press Release

 

 

AVVIŻ GĦALL-ISTAMPA

 

 

It-tmien membri tal-Kummissjoni Elettorali, li nħatru mill-President ta’ Malta b’seħħ mit-30 ta’ Awwissu, 2015, ingħataw l-ġurament ta’ Lealta’ lejn il-Kostituzzjoni u l-ġurament tal-Kariga mill-Avukat Ġenerali, Dott. Peter Grech, fl-Uffiċċju tiegħu, nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Settembru, 2015. 

 

 

 

Il-Kummissjonarji huma s-Sur Mario Callus, Dott. Noel Cutajar, is-Sur Paul Sammut, is-Sur Salvu Sant, Dott. Victor Scerri, is-Sur Joseph Scicluna, Dott. Raymond Zammit u Dott. Joseph Zammit Maempel.  In-notifika tal-ħatra dehret fil-Gazetta tal-Gvern tal-1 ta’ Settembru, 2015, u l-ħatra tagħhom hi għal tliet snin, taħt iċ-chairmanship tal-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, is-Sur Joseph Church.  Is-Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali huwa s-Sur George Saliba.

www.electoral.gov.mt

 

 

 

4 ta’ Settembru, 2015