Elezzjoni Kazwali ghall-membru Parlamentari fit-tielet Distrett Elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI FIT-TIELET DISTRETT ELETTORALI
Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tielet distrett elettorali wara r-riżenja tal-Onor. Helena Dalli. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal- Gvern tal-lum. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ Membru Parlamentari fit-tielet distrett elettorali.
Dawk il-kandidati li kkontestaw it-tielet distrett elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mill-Ħamis 5 sat-Tnejn 9 ta’ Diċembru, 2019, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u nofsinhar.
Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti se jsir nhar l-Erbgħa, l-11 ta’ Diċembru, 2019, mit-9.00am ‘l quddiem.
www.electoral.gov.mt
4 ta’ Diċembru, 2019