Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

Triq il-Wied, Il-Mellieħa,

Triq Sir Luigi Preziosi, Il-Mosta,

Triq Dun Ġwakkin Schembri, Ħal Qormi,

Triq Birbixkilla, Sqaq Birbixkilla Nru. 1 u Sqaq Birbixkilla Nru. 2, Ħal Tarxien u

Triq Dun Bartilmew Attard, Ħaż-Żebbuġ (M)

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ Novembru, 2018, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-30 ta’ Novembru, 2018.

 

4 ta’ Diċembru, 2018