Publikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq ir-Ridott, Marsaskala;
Triq Dun Pawl Laferla, Is-Siġġiewi;
Triq Sant’Elena, Tas-Sliema;
Triq Patri Feliċjan Grech u Triq Victor Cauchi, St Peter’s Ħaż-Żabbar; u
Triq l-Isqof Alpheran, Iż-Żurrieq.
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ April, 2021, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-30 ta’ April, 2021.
4 ta’ Mejju, 2021
__________________