Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq San Vinċenz, Birżebbuġa;
Triq Belt il-Ħażna, Il-Marsa;
Pjazza Balluta u Taraġ Joe Attard Kingswell, San Ġiljan u
Triq Ħal Mula, Ħaż-Żebbuġ (M)
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-1 ta’ Marzu, 2019, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-1 ta’ Marzu, 2019.
4 ta’ Marzu, 2019