Elezzjoni każwali għall-membru parlamentari fit-tlettax-il distrett elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI
FIT-TLETTAX-IL DISTRETT ELETTORALI
Elezzjoni Każwali fit-Tlettax-il Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara l-mewt tal-Onor. Fredrick Azzopardi.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li sal-aħħar jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati ħames nomini għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
Cefai Mercieca Ryan, Ellis Joseph, Galea Censu, Portelli Maria u Zammit Jason
Total ta’nomini ppreżentata: 5
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-Għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post vakant mill-Onor. Fredrick Azzopardi ser issir il-Ħamis, 5 ta’ Novembru, 2020, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-Għadd tal-Voti se jibda’ fit-8.30 ta’ filgħodu.
3 ta’ Novembru, 2020