Elezzjoni Każwali għall-Membru Parlamentari Ewropew
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali għall-Membru Parlamentari Ewropew
Nomini ppreżentati l-Ġimgħa 30 u s-Sibt 31 ta’ Ottubru, l-Ħadd 1,
t-Tnejn 2 u t-Tlieta 3 ta’ Novembru, 2020:
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post imbattal mill-Onor. Miriam Dalli ser isir nhar il-Ħamis, il-5 ta’ Novembru, 2020, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar. L-għadd tal-voti se jibda fid-9.30 ta’ filgħodu.
Il-Kandidati nominati huma:
Busuttil Galea Felix, Caruana Josef, Engerer Cyrus, Gauci Mary, Grech James, Micallef Robert u Vassallo Lorna
Total ta’ nomini ppreżentati: 7
www.electoral.gov.mt
3 ta’ Novembru, 2020