Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Għaxaq - nomini ta' kandidati

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq

 

Nomini ta’ Kandidati

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq wara r-riżenja tal-Kunsillier Andreas Gatt, sa nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Ottubru, 2023 f’nofsinhar.

 

Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom  personalment fl-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bejn l-10:00 ta’ filgħodu u nofsinhar minn nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru, 2023, jew  onlajn permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ottubru fl-10:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar tal-Ġimgħa, 6 ta’ Ottubru, 2023.

Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F’każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90. 

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.

 

www.electoral.gov.mt

 

3 ta’ Ottubru, 2023