Elezzjoni Każwali għall-Membru Parlamentari fis-Seba' Distrett Elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI
FID-DISÀ DISTRETT ELETTORALI
Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fid-Disà distrett elettorali wara r-riżenja tal-Onor. Leo Brincat, FCIB, M.P. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazetta tal- Gvern tal-lum. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari fid-disà distrett elettorali.
Dawk il-kandidati li kkontestaw id-disa’ distrett elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu, 2013, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mit-Tlieta 4 ta’ Ottubru sas-Sibt 8 ta’ Ottubru, 2016, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u nofsinhar.
Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni każwali se jsir nhar it-Tlieta, il-11 ta’ Ottubru, 2016, mid-9.00 am ‘l quddiem.
www.electoral.gov.mt
3 ta’ Ottubru, 2016