Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Pembroke - nomini ta' kandidati
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta’ Pembroke
Nomini ta’ Kandidati
Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Pembroke wara r-riżenja tal-Kunsillier Raymond Lanzon, sa nhar il-Ħamis, 6 ta’ Awwissu, 2026 f’nofsinhar.
Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom personalment fl-Uffiċċju Elettorali fin-Naxxar bejn l-10:00 ta’ filgħodu u nofsinhar, minn għada t-Tlieta 4 ta’ Awwissu sal-Ħamis 6 ta’ Awwissu, 2026, jew onlajn permezz tal-link /nominations minn għada t-Tlieta 4 ta’ Awwissu fl-10:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar tal-Ħamis, 6 ta’ Awwissu, 2026.
Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F’każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90.
Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.
3 ta’ Awwissu, 2026