Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Floriana
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Floriana wara r-riżenja tal-Kunsillier Gail Demanuele (2019, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Floriana.
www.electoral.gov.mt
3 ta’ Awwissu, 2021