Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali Ta' Kerċem
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem wara r-riżenja tal-Kunsillier Raymond Azzopardi (April 2015, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nomina waħda:
Nomina ppreżentata:
Grech Joseph
L-għadd tal-voti ser isir f’nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn, 8 ta’ Awwissu, 2016, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
3 ta’ Awwissu, 2016