Reġistrazzjoni ta' Partiti Politiċi

Tags: News, Press Release

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Reġistrazzjoni ta’ Partiti Politiċi

 

Il-Kummissjoni Elettorali tirreferi għar-rapporti fil-midja li qalu li Lovin Malta ġie rreġistrat bħala partit politiku.  Il-Kummissjoni, filwaqt li tikkonferma li rċeviet applikazzjoni għal dan il-għan, għad ma approvatx lil Lovin Malta bħala partit politiku.  Il-Kummissjoni għad trid teżamina d-dokumenti mibgħuta lilha sabiex tara jikkonformawx mal-provvedimenti tal-liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi (Kap. 544) qabel ma tieħu deċiżjoni.  Dan huwa proċess li sar u li jsir għal kull applikazzjoni li tirċevi.

www.electoral.gov.mt

 

3 ta’ April, 2017