Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tal-Gudja - it-tielet ġurnata

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Gudja wara l-mewt tal-Kunsillier John Mary Calleja (2019, PL).

Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew żewġ nomini.

Nomini ppreżentati:

 

Agius Angelo u Fenech George

 

L-Għadd tal-voti ser isir fid-09:00am ta’ nhar it-Tlieta s-7 ta’ Frar, 2023, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar.

 

www.electoral.gov.mt                    

3 ta’ Frar, 2023