Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq il-Mezez u Taraġ Snajjin, Il-Mellieħa,
Triq il-Poeżija, Ħal Qormi,
Triq l-Isqof Ambroġ Buttigieg, Ħaż-Żebbuġ u
Triq Don Carlo De Giovanni Inglott, Iż-Żurrieq
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ Novembru, 2019, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mid-29 ta’ Novembru, 2019.
2 ta’ Diċembru, 2019