Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali Ħal Safi wara r-riżenja tal-Kunsilliera Janice Azzopardi (2019, PL) skont Artiklu 18 tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nominazzjoni waħda.
Nomina ppreżentata:
Cocker Mark
L-Għadd tal-voti ser isir fil-11am ta’ nhar it-Tnejn 7 ta’ Ottubru, 2019, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
2 ta’ Ottubru, 2019