MEP 2024 - Dikjarazzjonijiet ta' Kandidati Eletti bħala Membri għall-Parlament Ewropew
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Dikjarazzjonijiet ta’ Kandidati Eletti bħala Membri għall-Parlament Ewropew fl-Elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju, 2024
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi kull min jixtieq jispezzjona rapport jew dikjarazzjoni, jew min jixtieq jikseb kopja minn dawn jista’ jagħmel hekk fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Ex-Trade Fair Grounds, In-Naxxar, min-nhar l-Erbgħa is-7 sal-Ġimgħa t-23 ta’ Awwissu, 2024, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar billi jħallas id-dritt preskritt.
2 ta’ Awwissu, 2024