Elezzjoni Ġenerali 2026 - Kandidati li kkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Kandidati li kkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-kandidati li kkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali u li għadhom ma ssottomettewx ir-rapport ġuramentat tad-dħul/spejjeż elettorali tagħhom illi skont il-liġi għandhom sa nhar it-Tnejn is-6 ta’ Lulju, 2026 biex jagħmlu dan. Min ma jissottomettix dan ir-rapport jew jissottomettih tard ikun qed jikser id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti 41 sa 52 tal-Erbatax-il Skeda tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) bil-konsegwenzi stipulati.
2 ta’ Lulju, 2026