Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tan-Nadur - nomini ta' kandidati

Tags: Casual Election to elect a councillor

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tan-Nadur

 

Nomini ta’ Kandidati

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tan-Nadur wara r-riżenja tal-Kunsillier Corey Cardona, sa nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju, 2024 f’nofsinhar.

 

Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom  personalment fl-Uffiċċju Elettorali fir-Rabat, Għawdex bejn l-10:00 ta’ filgħodu u nofsinhar minn nhar l-Erbgħa 3 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 5 ta’ Lulju, 2024, jew  onlajn permezz tal-link /nominations minn nhar l-Erbgħa 3 ta’ Lulju fl-10:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar tal-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju, 2024.

Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F’każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90. 

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.

 

www.electoral.gov.mt

 

2 ta’ Lulju, 2024