MEP & LC 2024 - irtirar ta' dokumenti għall-votazzjoni

Tags: European Elections and Local Councils

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U

GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 8 TA’ ĠUNJU, 2024

 

Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

 

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruhom PERSONALMENT mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, jew, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex.

 

Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument/i għall-votazzjoni huma dawn:

 

It-Tlieta 4 u l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju, 2024:                    

 

mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00pm

 

Il-Ħamis, is-6 ta’ Ġunju, 2024 (l-aħħar jum):

                      

mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl

 

TRID TIĠI PPREŻENTATA L-KARTA TAL-IDENTITA’/

ID-DOKUMENT TAR-RESIDENZA PERSONALMENT

 

L-EBDA DOKUMENT IEĦOR MA JISTA’ JKUN AĊĊETTAT

GĦAL DAN L-ISKOP

 

MINGĦAJR ID-DOKUMENT/I GĦALL-VOTAZZJONI ĦADD MA JKUN JISTA’ JIVVOTA NHAR JUM IL-VOTAZZJONI

 

www.electoral.gov.mt

 

 

2 ta’ Ġunju, 2024