Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar - It-tielet ġurnata

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wara r-riżenja tal-Kunsillier Graziella Galea (2019, PN).

Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew tliet nomini.

Nomini ppreżentati:

 

Borg Mary, Cordina Anne Marie u Torpiano Edward

 

L-Għadd tal-voti ser isir fid-09:00am ta’ nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar, 2022, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar.

 

www.electoral.gov.mt                    

2 ta’ Frar, 2022