Elezzjoni każwali għall-membru parlamentari ewropew
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI EWROPEW
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari Ewropew wara r-riżenja tal-Onor. Miriam Dalli.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li fit-tielet jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġiet ippreżentata nomina wahda għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari Ewropew.
Nomina ppreżentata ‘llum il-Ħadd 1 ta’ Novembru, 2020:
Vassallo Lorna
L-għadd tal-voti ta' din l-elezzjoni se jsir il-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar, nhar il-Ħamis il-5 ta' Novembru, 2020, mid-09.30am 'l quddiem.
1 ta’ Novembru, 2020