MEP 2024 - Ħatra ta' Assistenti Kummissjonarji Elettorali u Persuni għall-Għadd tal-Voti
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali – Ġunju 2024
Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali u persuni għall-Għadd tal-Voti
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali u persuni għall-Għadd tal-Voti fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali li se jsiru nhar is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, 2024.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu onlajn mil-lum it-Tnejn, 1 ta’ April 2024 mit-8.00am sat-Tnejn, 15 ta’ April 2024 sas-7.00pm.
Min jixtieq jissottometti applikazzjoni bl-idejn, jista’ jmur fl-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti (Ex-Trade Fair Grounds) fin-Naxxar jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, mil-lum it-Tnejn, 1 ta’ April 2024 sat-Tnejn, 15 ta’ April 2024, bejn it-8.00am sas-1.00pm, u mit-3.00pm sas-7.00pm, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u s-Sibtijiet mit-8.00am sas-1.00pm. F’dan il-każ, l-applikanti jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità.
Minħabba li l-aċċess lejn l-Uffiċċju Elettorali, fin-Naxxar huwa bħalissa ristrett minħabba xogħol infrastrutturali fil-viċinanzi, huwa rakkomandat illi wieħed jasal l-Uffiċċju Elettorali minn Triq il-Markiż Giuseppe Scicluna, fuq in-naħa tax-xellug tal-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar, u jipproċedi fuq ix-xellug meta jasal fi Pjazza Ċelsi.
1 ta’ April, 2024