Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tal-Gudja - l-ewwel ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Gudja wara l-mewt tal-Kunsillier John Mary Calleja (2019, PL).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Gudja.
www.electoral.gov.mt
1 ta’ Frar, 2023