Permess speċjali biex tidħol fl-isptarijiet f'jum il-votazzjoni
AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Referendum Nazzjonali u Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali - 2015
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf li, fejn ser issir il-votazzjoni bikrija f’San Vinċenz de Paule u fil-25 Dar tal-Anzjani (4 ta’ April, 2015), l-Isptar Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex (9 ta’ April, 2015) dawk il-qraba tal-votanti li applikaw għal permess speċjali sabiex jidħlu fir-Residenza/Sptar fil-jum tal-votazzjoni relattiva biex jgħinu lill-qraba tagħhom jaslu mill-Ward tagħhom saz-zona tal-votazzjoni, għandhom mil-lum jiġbru l-identification tag tagħhom mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, Valletta. Il-ħinijiet huma mis-2.00 pm sas-7.00 pm.
Fil-jiem rispettivi tal-votazzjoni, f’San Vinċenz de Paule, fid-Djar tal-Anzjani, l-Isptar Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, ikunu jistgħu jidħlu BISS nies awtorizzati u li jkollhom l-identification tag maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.
Fl-Isptarijiet Mater Dei u Karen Grech, fejn ma hemmx residenti reġistrati bħala votanti, l-identification tag mhix meħtieġa.
20 ta’ Marzu, 2015