Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi

L-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi ġie mwaqqaf permezz tal-Avviż Legali 205 tal-2025, Regolamenti tal-2025 dwar ir-Reġistru tal-Indirizz u r-Reġistri (Ġeospazjali) relattivi għal-Lok, ippubblikat fit-23 ta' Settembru 2025. L-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi assuma r-responsabbiltajiet li qabel kienu assenjati lill-Address Management Unit fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali.

Barra minn hekk, l-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi huwa wkoll responsabbli għall-iżvilupp u l-immaniġġjar tar-Reġistru tal-Indirizzi li għandu jservi bħala s-sors primarju ta' informazzjoni dwar l-indirizzi. Finalment, ir-Reġistru tal-Indirizzi se jkun ir-reġistru awtorevoli tat-toroq u l-indirizzi kollha fil-Gżejjer Maltin, inkluża d-dejta spazjali.

L-Address Management Unit, fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali, twaqqfet fl-2016 u ngħatat ir-responsabbiltà tal-immaniġġjar u l-aġġornament tal-indirizzi f’Malta u Għawdex, prinċipalment permezz ta’ żewġ proċessi ewlenin: l-għoti ta’ numri lill-bibien u t-tismija ta’ toroq. Din il-Unit kienet responsabbli wkoll għall-aġġornament tad-dejta tal-indirizzi fir-Reġistru Elettorali u fl-Address Management System.

Mill-1 ta' Jannar, 2026, l-informazzjoni kollha relatata mal-indirizzi hija disponibbli fuq address.gov.mt


Door Numbering Unit

Id-Door Numbering Unit għaddiet taħt ir-responsabbilità tal-Uffiċċju Elettorali fit-8 ta’ Jannar, 2016, skont l-Att Nru II tal-2016.

 

L-għoti ta’ numri lill-bibien hija sistema li tagħti numru uniku lil kull bieb jew fetħa fi triq pubblika, bl-għan li tagħmilha iktar faċli biex jinstab bieb partikulari.

 

Indirizz: Door Numbering Unit, Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, ex.Trade Fair Grounds, In-Naxxar

Indirizz Elettroniku: [email protected]

Numru tat-telefown: 2558 3180


Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq

Il-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq għadda taħt ir-responsabbilità tal-Uffiċċju Elettorali fit-8 ta’ Jannar, 2016, skont l-Att Nru II tal-2016. Dan il-Kumitat hu ffurmat minn:

  • Is-Sur Charles Flores
  • Is-Sur Christopher Deguara
  • Is-Sa Margaret Baldacchino Cefai
  • Is-Sur Michael Balzia
  • Is-Sa Anna Bonanno​
  • Is-Sur Vincent Bonello
  • Is-Sur Michael R. Borg
  • Is-Sur Salvu Borg
  • Is-Sur Alfred Briffa
  • Is-Sur Joseph Cutajar
  • Is-Sur Jeffrey Ellul
  • Is-Sur Joe Scicluna

Indirizz: Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq, Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, ex.Trade Fair Grounds, In-Naxxar

Indirizz Elettroniku: [email protected]

Numru tat-telefown: 2558 3180