Kumitat Ad hoc ta’ Esperti fuq Standards Legali, Amministrattivi u Tekniċi għal votazzjoni diġitali (CAHVE)
Kumitat Ad hoc ta’ Esperti fuq Standards Legali, Amministrattivi u Tekniċi għal votazzjoni diġitali (CAHVE) fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa – aġġornament ta’ Recommendation Rec(2004)11
Il-Kumitat Ad hoc ta’ Esperti fuq l-istandards legali, amministrattivi u tekniċi għall-votazzjoni diġitali (CAHVE) kien appuntat mill-Kumitat ta’ Ministri fil-Kunsill tal-Ewropa. Taħt l-awtorità diretta tal-Kumitat ta’ Ministri, il-Kumitat Ad hoc kien mitlub li jipprepara abbozz għall-rakkomandazzjoni biex jaġġorna Recommendation Rec(2004)11 fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi u legali reċenti fuq e-enabled elections fl-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa.
Il-Kumitat hu ffurmat minn rappreżentanti governattivi minn entitajiet tal-immaniġġjar tal-elezzjonijiet b’esperjenza diretta jew għandhom għarfien speċjalizzat fuq votazzjoni diġitali.
Kumitat Ad hoc ta’ Esperti fuq Standards Legali, Amministrattivi u Tekniċi għal votazzjoni diġitali
F’April 2015, is-Segretarjat tal-Kunsill tal-Ewropa ħatar lis-Sa Ardita Driza-Maurer, espert fuq id-drittijet politiċi u teknoloġiji ġodda rigward il-vot. Fil-passat, kienet involuta fil-laqgħat reviżorji bjennali tar-Rec(2004)11, bħala l-espert ewlieni u ingħatat il-kompitu biex tipprepara abbozz kif se jiġi aġġornat ir-Recommendation. L-aġġornament kien maqsum f’żewġ fażijiet. Fl-ewwel fażi, il-CAHVE kien mitlub biex jiddeċiedi kwistonijiet ta’ ambitu u l-format aġġornat tar-Recommendation. Fit-tieni fażi, ġaladarba jkun hemm deċiżjoni fuq dawn l-aspetti, il-kumitat Ad hoc jista’ jmur għall-aġġornament proprju.
L-ewwel laqgħa saret bejn is-27 u t-28 t’Ottubru, 2015, fil-Kunsill tal-Ewropa, Binja Agora ġo Strasbourg, fejn attendew 48 membru. It-tieni laqgħa saret bejn it-3 u l-4 ta’ Diċembru, 2016, fil-Kunsill tal-Ewropa, Binja Palais de l’Europe ġo Strasbourg, fejn attendew membri minn 19 il-Stat membru. L-aġenda tal-laqgħa inkludiet aġġornament fuq il-Proċess ta Konsultazzjoni, aġġornament tar-Recommendation Rec(2004)11 u dokumenti anċillari tal-Kummitat tal-Ministri. Wara tmiem il-laqgħa ta’ jumejn, il-VERŻJONI MQASSRA TAR-RAPPORT TAL-LAQGĦA kien preżentat lill-membri preżenti fejn kien unanimament approvat. Malta kienet rappreżentata mis-Sur Michael R. Borg mis-sezzjoni tal-IT tal-Kummissjoni Elettorali.