Kollezzjoni ta' files antiki depożitata fl-Arkivji Nazzjonali

Tags: News

Il-kollezzjoni ta’ files ġenerali tal-Uffiċċju Elettorali bejn l-1944 u l-1964 ġiet depożitata ġewwa l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta dalgħodu. Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, Is-Sur Joseph Church, għadda l-1,192 file li jiġbru l-ħidma tal-Uffiċċju Elettorali matul dawn l-20 sena lill-Arkivji Nazzjonali sabiex dawn ikunu mħarsa u jiġu miftuħa għar-riċerkaturi akkademiċi u għall-pubbliku inġenerali.

 

Dawn id-dokumenti ser ikunu miftuħa għar-riċerka minn nhar it-Tnejn 10 ta’ Ottubru fl-Arkivji Nazzjonali fir-Rabat.

 

Biex taqra aktar ikklikkja hawn.

 

Kollezzjoni ta’ files ġenerali tal-Uffiċċju Elettorali depożitata ġewwa l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta