Delegazzjoni mill-Kummissjoni Elettorali jattendu għal sessjonijiet ta’ prova tas-sistema tal-Electronic Counting
Delegazzjoni mill-Kummissjoni Elettorali, immexxija mill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, is-Sur Joseph Church, riċentement telgħu għal żjara ta’ jumejn f’Perth, ġewwa l-Iskozja, fejn kienu preżenti għal sessjonijiet ta’ prova tas-sistema tal-Electronic Counting bi preparazzjoni għall-elezzjonijet lokali li se jinżammu l-Iskozja fl-2017.
Matul din iż-żjara, id-delegazzjoni ltaqgħet ukoll ma' rappreżentanti tal-Kummissjoni Elettorali tar-Renju Unit, mal-iScottish Government’s Election Management Board, mal-Greater London Authority u man-Northern Ireland Election Management Board.