Kors fil-Public Policy
Uffiċjali għolja u dawk fil-middle management tal-Uffiċċju Elettorali għadhom kif temmew b’suċċess serje ta’ lectures organizzati mill-Kummissjoni Elettorali b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Public Policy tal-Università ta’ Malta. Dawn il-lectures, li saru bejn Frar u April, kienu jagħmlu parti minn kors ippjanat biex ikopri dawn is-suġġetti:
Politics and Political Thought, Policy Design and Formulatiuon, Patterns of Leadership in Government, Civil Society, Parliament and the two pillars of Government – Constitutionalism and Democracy.
Dan kien kors innovattiv li rriżulta f’esperjenza pożittiva kemm għall-Kummissjoni Elettorali kif ukoll għad-Dipartiment tal-Public Policy .
Is-suġġetti twasslu minn lecturers tal-Università ta’ Malta li bl-esperjenza tagħhom qajmu diskussjonijiet mal-parteċipanti fuq diversi temi relatati mal-Public Policy. Il-parteċipanti ngħataw ċertifikati tal-attendenza.
KORS FIL-PUBLIC POLICY
Membri tal-istaff tal-Uffiċċju Elettorali u lecturers mid-Dipartiment tal-Public Policy fl-Università ta' Malta wara kors intensiv ta' 10 ġimgħat dwar il-Public Policy.
Ir-ringiela ta' wara (mix-xellug għal-lemin): is-Sa Josianne Sultana, is-Sur Savio Borg, is-Sur Jeffrey Ellul, is-Sur George Saliba, is-Sur Vincent Borg, is-Sur Michael Balzia, is-Sur James Handyside u s-Sur Dennis Said;
Ir-ringiela ta' quddiem (mix-xellug għal-lemin): Fr. Charles Tabone, Dr Marie-Louise Mangion, is-Sur Joseph Church, Dr. George Vital Zammit u s-Sur Michael R. Borg;
Membri tal-istaff tal-Uffiċċju Elettorali nieqsa minn dan il-ritratt huma s-Sa Maria Bonnici, is-Sa Mariella Camilleri u s-Sa Josette Gauci Vidal.