Il-Kummissjoni Elettorali issa fuq Facebook
Riċentement il-Kummissjoni Elettorali ddeċidiet li tidħol fid-dinja tal-midja soċjali billi tiftaħ paġna tagħha fuq Facebook.
L-aħjar mezz biex kull min jixtieq juża din il-paġna u jirċevi notifiki huwa li jidħol fis-sit www.facebook.com/electoralcommissionmalta u jagħfas il-buttuna tal-‘Like’. Faċli ħafna! B’hekk tkun tista’ tirċevi kull aħbar maħruġa mill-Kummissjoni malli tinħareġ. Minn din il-paġna tkun tista’ taqbad mas-sit tagħna tal-YouTube.
Għandek mnejn indunajt ukoll bil-faċilità ġdida fil-website tagħna fejn b’mod kontinwu tista’ tara l-attivitajiet aħħarin tal-paġna tagħna tal-Facebook.