Votazzjoni minn persuni neqsin mid-dawl

Tags: News

Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, is-Sur Joseph Church, iltaqa mac-chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Persuni b’Diżabilita’, is-Sur Oliver Scicluna, fid-9 ta’ Lulju, 2015.  Il-laqgħa saret dwar il-faċilita’ eżiżtenti skont il-liġi biex votanti neqsin mid-dawl jivvutaw privatament billi jużaw template tal-Braille.  Għal-laqgħa attendew ukoll rappreżentanti mill-Malta Society for the Blind u mill-orginazzazjoni Assistive Devices for the Visually Impaired.

 

Ġie diskuss l-ammont minimu li l-Braille ntuża fl-elezzjonijiet tal-kunsilli u fir-referendum nazzjonali dwar il-kaċċa li saru f’April ta’ din is-sena.  Ġie stabbilit li dan ġara minħabba li ftit persuni neqsin mid-dawl jafu jaqraw il-Braille u fil-fatt m’hawn ħadd f’Malta li jgħallmu dan is-suġġett.  Sar pjan ta’ strateġija dwar kif l-aħjar jersqu lejn sistema ta’ votazzjoni oħra li tkun aktar effettiva, anke finanzjarjament, u li tkun tista’ tintuża min ammont akbar ta’ persuni neqsin mid-dawl.