President ġdid għar-Reġjun Ċentrali - AKL
Wara r-rizenja tas-Sur Peter Bonello minn President tar-Reġjun Ċentrali tal-Kumitat tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Michael Fenech Adami, kunsillier tal-lokalita’ Birkirkara, ġie magħżul (co-opted) bħala membru tal-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni u President tar-Reġjun Ċentrali b’effett mill-1 ta’ Lulju, 2015. L-għażla (co-option) kellha ssir peress li fl-elezzjoni oriġinali, s-Sur Bonello kien l-uniku kandidat u kien ġie dikjarat elett mingħajr kontestazzjoni.