Kif Tapplika
FORMOLI ELETTORALI
Hemm fis-seħħ ftehim biex l-Uffiċċju għall-Immaniġġjar tal-Identità (Gattard House, Blata l-Bajda), jirċievi applikazzjonjiet elettorali għan-nom tal-Uffiċċju Elettorali. L-informazzjoni u r-ritratt miġbura biex tinħareġ karta tal-identità jgħaddu għand l-Uffiċċju Elettorali għal skopijiet elettorali li jinkludu l-pubblikazzjoni tar-reġistru elettorali u l-istampar tad-dokumenti għall-votazzjoni. Fil-każ ta’ persuni li mhumiex Maltin iżda huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea, dawn għandhom japplikaw għand id-Expatriates Unit, Identity Malta Agency (Triq il-Wied ta' L-Imsida, l-Imsida).
Ċittadini Maltin li jkunu se japplikaw għall-ewwel darba (li jinkludu wkoll dawk li kienu tilfu d-dritt tal-vot) iridu jimlew u jiffirmaw il-formoli elettorali F1 u F4. Min ibiddel l-indirizz irid jimla formola F2. Persuni li japplikaw biex ibiddlu kunjomhom minħabba żwieġ jew unjoni u/jew l-indirizz jimlew u jiffirmaw il-formola F2A. Dawk li jridu jikkoreġu xi informazzjoni oħra għandhom jimlew u jiffirmaw il-formola F3.
Persuni li mhumiex Maltin iżda huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u li diġà għandhom eResidence Card u li jixtiequ jkunu reġistrati fir-Reġistru Elettorali tal-Unjoni Ewropea biex eventwalment jivvotaw għall-membri parlamentari Ewropej f’Malta, għandhom jimlew u jiffirmaw il-formola konċernata – [EMEP].
Nota: Id-dokumenti msemmija huma kollha fil-format ta’ PDF u jeħtieġu il-programm Adobe Acrobat Reader biex tarahom sewwa.