Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali

Tags: REFERENDUM 2015, LC 2015

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

REFERENDUM NAZZJONALI U ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI – APRIL 2015

 

Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali

 

Dawk il-votanti li tilfu, ħassru jew qattgħu d-dokument tal-vot tar-Referendum u/jew tal-Kunsilli Lokali, huma avżati li għandhom żmien limitat sat-8 ta’ April (kif indikat hawn taħt) biex japplikaw għal dokument tal-vot ieħor speċjali.

 

Dawn il-votanti għandhom imorru personalment bil-karta tal-identita’ jew tar-residenza tagħhom fil-post, ġranet u ħinijiet kif ġej:-

 

Mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, il-Belt Valletta:

 

Il-Ħadd 29 u t-Tlieta 31 ta’ Marzu u fil-Ġimgħa l-Kbira, 3 ta’ April mit-8.00 am sas-1.00 pm.

Fit-30 ta’ Marzu u fl-1 u 2 ta’ April mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sas-7.00 pm

 

Mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar (Ċentru tal-Għadd tal-Voti):

 

Il-Ħadd 5 ta’ April mit-8.00 am sas-1.00 pm

Is-Sibt 4, it-Tnejn 6 u t-Tlieta 7 ta’ April mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sas-7.00 pm.

 

L-aħħar jum, l-Erbgħa 8 ta’ April,

għall-Kunsilli Lokali mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sas-6.00 pm;

għar-Referendum mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm.

 

Dawk il-votanti rreġistrati fit-Tlettax-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess ġranet u ħinijiet.

 

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni, ħadd ma jkun jista’ jivvota.

                                   

www.electoral.gov.mt

 

28 ta’ Marzu, 2015