Elezzjoni Ġenerali 2026 - Applikazzjonijiet għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u Polling Place Officers
persuni kollha litista' taħtar biex jassistu, jissorveljaw u jħaddmu s-Sistema ta' GħaddIl‑Kummissjoni Elettorali se tkun qed taċċetta applikazzjonijiet minn persuni interessati biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali u Polling Place Officers matul l‑Elezzjoni Ġenerali li jmiss, li se ssir f’Mejju 2026, bejn l-Erbgħa 29 ta’ April u l-Ħadd 3 ta’ Mejju 2026.
Deskrizzjoni tax‑Xogħlijiet
Polling Place Officer - € 300
Il-Polling Place Officer huwa l-persuna li jikoordina l-kmamar tal-votazzjoni kollha fil-post tal-votazzjoni billi jikommunika maċ-Chairpersons u mal-uffiċjali l-oħra tal-post tal-votazzjoni. Il-Polling Place Officer ikun qed jgħin lill-Assistenti Kummissjonarji f’każ ta’ problemi u f’każ ta’ bżonn jirraporta lill-Ufficcju Elettorali. Dan l-uffiċjal se jkun qed imexxi il-lat loġistiku tal-post tal-votazzjoni. Sabiex persuna tkun tista’ tapplika għall-Polling Place Officer għandu jkollha esperjenza ta’ Chairperson.
Chairperson - € 320
Iċ-Chairperson imexxi lill‑Assistenti Kummissjonarji Elettorali waqt il-qadi ta' dmirijietu fil‑Kamra tal‑Votazzjoni assenjata lilu. Iċ‑Chairperson irid ikun persuna assertiva u ċara fil‑komunikazzjoni tagħha mal‑kollegi. Huwa importanti li l‑proċess tal‑votazzjoni jimxi b’mod kalm u mingħajr żbalji, u li l‑istruzzjonijiet mogħtija jitwettqu b’mod preċiż.
Chairperson - € 320
Iċ-Chairperson imexxi lill‑Assistenti Kummissjonarji Elettorali waqt il-qadi ta' dmirijietu fil‑Kamra tal‑Votazzjoni assenjata lilu. Iċ‑Chairperson irid ikun persuna assertiva u ċara fil‑komunikazzjoni tagħha mal‑kollegi. Huwa importanti li l‑proċess tal‑votazzjoni jimxi b’mod kalm u mingħajr żbalji, u li l‑istruzzjonijiet mogħtija jitwettqu b’mod preċiż.
Assistenti Kummissjonarji Elettorali - € 270
Dawn jaħdmu kollha bħala tim taħt id‑direzzjoni taċ‑Chairperson. Huwa kruċjali li l‑Assistenti Kummissjonarji Elettorali jwettqu xogħolhom b’lealtà u skont ir‑regoli stabbiliti. Nuqqas ta’ pass wieħed jista’ jkollu konsegwenzi serji. Għaldaqstant huwa importanti li l‑proċessi kollha jitlestew b’mod responsabbli u fil‑ħin stipulat.
Persuni li jassistu, jissorveljaw u jħaddmu s-Sistema ta' Għadd Elettroniku
Il‑kandidati magħżula jiġu assenjati għal diversi rwoli relatati mal‑proċess tal‑għadd tal‑voti. Ir‑remunerazzjoni tvarja skont ir‑rwol li jingħata.