Votazzjoni Bikrija
Il-Kummissjoni Elettorali tavza lil dawk il-votanti li se jkunu msiefra jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni tar-referendum u tal-kunsilli lokali nhar is-Sibt 11 ta’ April, 2015, illi huma jkunu jistgħu jivvutaw ġimgħa qabel fil-kumpless tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, nhar is-Sibt 4 ta’ April, 2015, bejn is-7.00 am u l-10.00 pm. Biex dan ikun possibbli l-votant għandu jattendi personalment bil-karta tal-identita’ tiegħu għand il-Kummissjoni Elettorali biex jagħmel ġurament. Id-data u l-ħinijiet minn meta dan jista’ jsir jitħabbru aktar ‘il quddiem.